Il-liġi dwar l-użu responsabbli tal-kannabis ġiet approvata f’livell ta’ kumitat wara li kienet għaddiet mit-tieni qari.
Wara dan il-pass, issa jmiss li l-liġi tgħaddi mill-aħħar stadju, dak tat-tielet qari u b’hekk imbagħad tidħol fis-seħħ.
Illum il-liġi ġiet diskussa fil-Kumitat Parlamentari għall-Konsiderazzjoni ta’ Abbozzi ta’ Liġi.
Il-Ministru Owen Bonnici nnota fuq twitter, li fi żvilupp ieħor, l-Oppożizzjoni ma ressqet l-ebda emenda, minkejja li kienet qalet li se tressaq emendi għal-liġi li fuqha l-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-Gvern ikkupjah fuqha imbagħad ħareġ iqattaha biċċiet għax dawk li poġġewh Kap, hekk qalulu jagħmel.
The cannabis reform bill has been approved at committee stage: edging nearer towards the bill becoming law.
— •Owen Bonnici (@OwenBonnici) November 30, 2021
The Opposition, in yet another twist, did not propose a single written amendment.
I thank all those who participated and intervened during committee stage.#change
Min-naħa tagħha, id-Deputat Laburista Rosianne Cutajar, li kienet ħadmet fuq il-White Paper dwar ir-riforma fil-liġi fuq l-użu responsabbli tal-kannabis, fissret il-liġi inkwistjoni bħala riforma li b’kuraġġ tindirizza realtà li tħalliet taħt it-tapit għal diversi snin.