Xi ħadd kiteb fuq forum soċjali li jekk hemm min qed ifittex qattus li ħarablu fl-inħawi ta’ Marsaxlokk, jista’ jkun ittajjar minn vettura li ma waqfitx. Il-qattus tħalla f’nofs ta’ triq bżonn l-għajnuna, li ssejħet minn nies oħra.
Il-qattus miet fit-triq.
Nafu li jekk bniedem jagħmel ‘hit and run’ fuq bniedem, ikun qed iwettaq reat. Iżda l-liġi tapplika wkoll għall-annimali? Avukat ta’ esperjenza qal li teknikament huwa reat, bi ksur tar-Regolament 67 (1) tar-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur (L.S. 65.11).
L-obbligu ta’ kull xufier huwa li jieqaf, anke meta jwegga’ jew joqtol annimal.
Jiġifieri jekk din tiġri lilek jewk inkella taraha tiġri, tajjeb tkun taf li hemm il-liġi favur min jisfa vittma, sew jekk b’żewġ saqajn u sew jekk b’erba.