Ritratt: Reuters
Il-Parlament Ingliż għadda liġi biex Brexit ma jseħħx fil-31 ta’ Ottubru li ġej jekk mhux bi ftehim.
Dan seħħ l-Erbgħa filgħaxija waqt seduta taħraq f’Westminster, fejn Membri Parlamentari ‘ribelli’ u membri tal-Oppożizzjoni rebħu d-dritt li jmexxu l-aġenda parlamentari. Filfatt l-abbozz dwar Brexit għadda b’298 vot favur u 38 kontra.
L-aħħar rapporti minn Westminster ikkonfermaw ukoll li sal-Ġimgħa, l-istess abbozz se jgħaddi mill-House of Lords, fejn issa hemm tħassib li minħabba membri favur Brexit, dawn jivvotaw kontrih u b’hekk ma jgħaddix.
B’rabta ma’ dan kollu l-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson mistenni jressaq mozzjoni biex iħabbar Elezzjoni Ġenerali għal nhar il-15 ta’ Ottubru li ġej, kważi ħmistax qabel id-data ta’ Brexit.