Lifecycle Malta tat donazzjoni ta’ €25,000 li bihom riċerkaturi tal-Università ta’ Malta se jkunu jistgħu iwettqu studju dwar il-ġenetika ta’ kundizzjoni komuni li twassal lill-kliewi sabiex jieqfu jaħdmu.
Jean Calleja Agius li hija waħda mir-riċerkaturi tal-proġett spjegat li teżisti kundizzjoni tal-kliewi li qed tolqot madwar persuna minn kull 4%. Huwa spjega: “Għandek waħda minn 400 persuna li għandha l-kundizzjoni. għax dawk li nafu li għandha l-kundizzjoni jiġifieri li l-kliewi jimtlew b’ċesti.”
Hija kompliet tispjega li din hija kundizzjoni li tintiret bejn il-ġenerazzjonijiet u huwa importanti ħafna li r-riċerkaturi jifhmu xi jwassal għal dan. Agius sostna: “Il-persuna titwieled normali u tagħmel ultrasound fil-baby u jkun normali, imma x’ħin jibda jikber u jsir ġuvni l-kliewi bil mod il-mod jimtlew biċ-ċesti. Sakemm jagħlqu 60 l-kliewi jkunu mimlijin ċesti tant li dawn ma jibqgħux jiffunzjonaw.”
Dan l-istudju se jkun qed jgħin ukoll lill-persuni li jkollhom bżonn trapjant tal-kliewi mingħand qrabathom: “Attwalment waħda mill-aktar affarijiet importanti li ħa joħroġ minn dan l-istudju hu għandek persuna għandek żewġt aħwa, u wieħed mill-aħwa din il-kundizzjoni spiċċa tilef il-funzjoni tal-kliewi u se jiġi bżonn trapjant u jkun hemm oħtu li tixtieq ittih kilwa imma ovjament l-oħt trid tkun taf jekk hux carrier hi jew ma tridx ittih kilwa affettwata.”
Ġaladarba jitlesta, dan l-istudju se jkun qed titejjeb il-ħajja ta’ dawk kollha li għad m’għandhomx dijanjosi tal-kundizzjoni. Huwa qal: “Jekk it-tfal qbadthom kmieni u ppreżentaw bil-problema u bdejtilhom ċertu medication biex tnaqqas l-effetti negattivi allura anki jekk stess huma destinati li tqabbadhom il-kundizzjoni l-progress tagħha hija bil-mod ħafna.”
Waqt il-preżentazzjoni tal-fondi li sar fil-bini tar-Rettorat tal-Università ta’ Malta, ir-Rettur tal-Università, l-Professur Alfred Vella laqa’ dan l-investiment u saħaq favur aktar proġetti ta’ riċerka bħal dan. Huwa laqa’ wkoll il-fatt li fil-baġit ta’ din is-sena l-Gvern sab spazju biex jingħataw fondi biex issir aktar riċerka fl-Università ta’ Malta.