Il-Liċenzja tas-sewqan se tingħata dehra ġdida. Dan apparti li d-dokument innifsu se jkun imsaħħaħ iktar għal raġunijiet ta’ sigurtà biex tkompli titnaqqas il-possibilità ta’ falsifikazzjoni tal-istess dokument.
Dan ħabbritu t-Transport Malta filwaqt li ħabbret li din il-liċenzja l-ġdida ser tibda tinħareġ mill-ġimgħa d-dieħla għal kull min se japplika għal-liċenzja tas-sewqan kif ukoll għal min ikun irid iġedded il-liċenzja.
L-aworità spjegat li l-liċenzji jibqgħu validi sakemm jiskadu u gradwalment il-qodma jinbidlu għall-ġodda.