- Ma jikkoperawx fl-investigazzjoni
- Jitressqu l-qorti llum
Iż-żewġ Libjani arrestati l-Ġimgħa b’rabta mal-hi jack tal-ajruplan mhumiex jikkoperaw mal-investigaturi b’imkejjen qrib l-investigazzjoni sostnew li sa tard ilbieraħ wara nofsinhar, il-ħin li morna għall-pubblikazzjoni, ma kienux lissnu mqar kelma waħda.
Iż-żewġ Libjani qegħdin ikunu assisti minn avukat tal-għajnuna legali u llum mistennija jkunu mressqa fin-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu.
Dan fid-dawl li kmieni wara nofsinhar jiskadu t-48 siegħa li fihom il-pulizija jistgħu iżommu l-akkużati mingħajr ma jkunu mressqa l-qorti.
Ilbieraħ waslu l-Libja l-passiġġieri li kienu fuq l-ajruplan, filwaqt li l-investigaturi qegħdin iżommu wkoll kuntatt ma’ entitajiet internazzjonali bil-għan li jistabilixxu ċerti fatti importanti.