Ma kienx hemm differenza kbira fin-numru ta’ persuni li talbu ażil għall-ewwel darba f’Malta. Dan meta wieħed iqabbel is-sena li għaddiet mas-sena ta’ qabel. Filwaqt li fl-2016 kienu 1,735 persuna li talbu ażil f’pajjiżna, fl-2015 kienu 1,695. Differenza ta’ erbgħin persuna. Kienu l-Libjani (655) l-iktar li talbu ażil f’Malta, segwiti mis-Sirjani (285) u nies mill-Eritrea (255).
Pajjiżi li rreġistraw żidiet kbar kienu l-Ġermanja, il-Greċja, l-Italja, il-Kroazja u s-Slovenja. Għalkemm jekk wieħed iħares lejn in-numri minflok il-persentaġġi hija l-Ġermanja li rat l-ikbar żieda fejn minn 441,800 applikant fl-2015, telgħet għal 722,265 is-sena li għaddiet.