Fi stqarrija l-Aġenzija LESA qalet kif riċentament, ġiet mgħoddija allegazzjoni li ħaddiem minn tagħha kien qed jaġixxi b’mod li mhux skont ir-regoli tal-istess Aġenzija u lanqas skont il-liġi, u li talab pagament irregolari ta’ €50 lil persuna.
Filwaqt li għamlet investigazzjonijiet interni, l-Aġenzija qalet li għaddiet il-każ lill-Pulizija bil-miktub fejn anke provdiet l-evidenza li ngħatatilha u qed tassisti kif meħtieġ u mitlub waqt l-investigazzjonijiet, bil-ħaddiem ġie wkoll sospiż mil-LESA.
Il-LESA saħqet li ma tittollera l-ebda abbuż u li l-għan tagħha huwa li sservi lill-komunità bl-aħjar mod permezz tal-uffiċjali tagħha li jagħmlu xogħol importanti ta’ kuljum.