L-Aġenzija għall-Infurzar Lokali l-LESA qed twissi l-pubbliku li bħalissa qed iduru messaġġi qarrieqa f’isimha li wieħed għandu jkun viġilanti għalihom.
Fi stqarrija u anke f’messaġġi fuq il-midja soċjali l-Aġenzija talbet biex klijenti jinjoraw dawn il-messaġġi u jsegwu biss avviżi uffiċjali li toħroġ hi jew uffiċjali apposta.