Il-LESA, għal darb’oħra, ċaħdet b’mod kategoriku l-allegazzjonijiet li saru mill-eks Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi, waqt li ħadet nota tad-deċiżjoni tal-Maġistrat Antoine Agius Bonnici, li tinfetaħ inkjesta dwar dak li ntqal u, kif diġà għamlet, se tkun qed tikkollabora bis-sħiħ fil-proċess.
Azzopardi allega li multi nħarġu fuq barranin minflok Maltin, li wettqu xi kontravenzjonijiet.
Il-LESA qalet li l-aġenzija tal-inforzar tpoġġi ruħha għad-dispożizzjoni ta’ kull investigazzjoni, waqt li nsistiet li l-ebda forma ta’ abbużi jew azzjonijiet li jxekklu l-integrità tagħha ma jiġu ttollerati.