Fil-Ġermanja, il-partit tal-lemin estrem, l-Alternattiva għal Ġermanja, l-AfD, ġab l-akbar ammont ta’ voti fi stati tal-Lvant tal-pajjiż, fejn saru l-elezzjonijiet federali.
Din hi l-ewwel darba mit-Tieni Gwerra Dinjija, li partit tal-lemin estrem ġab l-akbar ammont ta’ voti fi stat Ġermaniż.
Fl-istat ta’ Thuringia, il-partit tal-lemin estrem ġab terz tal-voti, hekk kif qabeż lill-Partit Konservattiv bi kważi għaxra fil-mija.
Il-partit tal-lemin estrem kellu riżultati pożittivi wkoll fi stati oħrajn, fejn ġab it-tieni l-akbar ammont ta’ voti.