L-eks plejer u maniġer tal-Liverpool Sir Kenny Dalglish rriżultat fil-pożittiv għall-Coronavirus.
Sir Kenny Dalglish għandu 69 sena u ddaħħal l-isptar l-Erbgħa ħabba trattament ta’ infezzjoni mhux relatata mal-Coronavirus. Eventwalment huwa sarlu test u rriżulta fil-pożittiv.
L-aħbar li Sir Kenny rriżultat fil-pożittiv ma kinitx mistennija minħabba l-fatt li ma kien qed juri l-ebda sintomi b’konnessjoni mal-Coronavirus.