Leġġenda fl-isport tal-muturi. 15-il darba champion tad-dinja, 18-il darba rebbieħ fl-Italja u għaxar darbiet rebbieħ tat-tellieqa tal-Kampjonat TT.
Dan huwa Giacomo Agostini li kien il-mistieden prinċipali tal-attività bit-tema ‘Muturi u Mużika’ li bdiet mill-Palazz ta’ San Anton u laħqet il-qofol tagħha fil-Belt Valletta b’kunċert.
Pierre Borg wieħed mill-imħuħ wara din l-attività spjegalna il-ħsieb warajha.
“Għamilna il-bandanas, bandiera ta’ Malta, qed inqasmuhom b’xejn lil kull min jiġi, u badge kommemorattiva. Wara se mmorru dawra ma’ Malta. Nidħlu l-Belt minn Triq ir-Repubblika u wara kunċert rock minn Family Tree, flimkien ma’ guest u Drakard.”
Pierre Borg
Affixinat b’Malta, ta’ 82 sena, Agostini kellu kummenti ta’ tifħir dwar pajjiżna u l-attività ‘Muturi u Mużika’.
“E’ fantastico. Sono stato la prima volta qua da 40/45 anni fa, ma e cambiato molto. Very nice, everything, e’ fantastico, molto bello. Molto gente ama il moto qui, c’e sempre il sole, sunshine, good weather, it’s nice to use the bike here.”
Giacomo Agostini