Il-laqam “Ta’ Maksar” mhux se jintuża fil-ġuri tal-aħwa Adrian u Robert Agius.
Dan filwaqt li se jitneħħa minn kull dokument li jidher fih, inkluż fl-att tal-akkuża.
Dan l-iżvilupp b’rabta mal-aħwa Robert u Adrian Agius wasal wara li l-aħwa sostnew li l-laqam jista’ jinvolvi preġudizzji fil-proċeduri kriminali kontrihom.
Fid-deċiżjoni tagħha l-Imħallef Edwina Grima, minkejja li l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali ċaħad dan l-argument, sostniet li l-laqam sar popolari kawża ta’ rapporti fil-midja fid-dawl tal-proċeduri kriminali kontra Adrian u Robert Agius.
Madankollu, l-Imħallef irrimarkat li filwaqt li l-laqam biex jiġu evitati preġudizzji, għandu jitħalla barra fi-dokument tal-att tal-akkuża u fil-ġuri, mhux se jbiddel il-fatti u l-evidenza li tiġi mressqa mill-Prosekuzzjoni.