“M’ HEMM L-EBDA DUBJU LI DAPHNE INQATLET MINĦABBA RAĠUNI POLITIKA ISSA XOGĦOLNA HU LI NIBQGĦU NISSIELTU NISTINKAW BIEX TOĦROĠ IL-VERA VERITA”
Minkejja din id-dikjarazzjoni tad-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi li qed jidher bħala parte civile għall-Familja Caruana Galizia – il-laptop tal-vittma għadu m’għaddiex f’idejn il-maġistrat inkwirenti Anthony Vella.
Sorsi qrib l-investigazzjoijiet qalu li l-lap top huwa evidenza kruċjali biex jiġi determinat jekk kienx hemm xi id oħra fil-qtil tal-blogger Daphne Caruana Galizia.
Kważi seba’ xhur wara d-delitt, il-familja żammet fil-pussess tagħha dan il-laptop anke jekk flimkien mad-Deputat Jason Azzopardi għamlu diversi allegazzjonijiet.
“META L-MAMA TIEGĦU NQATLET KIENET QIEGĦDA TAĦDEM FUQ DAK LI X’AKTARX KIEN L AKBAR STORJA LI HI QATT KIENET QED TAĦDEM FUQHA”
Sorsi qrib l-investigazzjonijiet tal-pulizija qalu li kieku l-laptop għadda f’idejn l-inkjesta maġisterjali kemm il-maġistrat u anke l-investigaturi setgħu jifhmu aħjar xi storja kienet qiegħda taħdem fuqha Caruana Galizia.
Qalu li dan jista’ jixħet dawl ġdid fuq l-investigazzjonijiet biex eventwalment jiġi ddeterminat il-motiv vera wara dan id-delitt.
Mottiv li minkejja li Jason Azzopardi qed jallega li jaf x’inhu – xorta waħda għadu ma resaqx ‘il quddiem biex issir ġustizzja. Bil-familja Caruana Galizia tibqa’ tinsisti li żżomm il-laptop fil-pussess tagħha u minflok l-istess informazzjoni tiġi ‘leaked’ fil-midja nternazzjonali.
Dan anke jekk fil-qorti bħalissa għaddejjin proċeduri kriminali fil-konfront ta’ tlett persuni li kienu l-eżekuturi ta’ dan id-delitt.