Inawgurata uffiċjalment ix-xogħol ta’ mmodernizzar fuq l-akbar lanċa tal-Forzi Armati Maltin b’investiment ta’ sitt miljun u nofs ewro.
Is-Segretarju Paralamentari Aaron Farrugia qal li dan il-proġett ta ħajja ġdida lil-lanċa P61 permezz ta’ diversi xogħlijiet fosthom il-bdil tal-magna.
Dr Farrugia qal li l-lanċa se tkompli tħgid lill-Iskwadra Marittima biex tissorvelja l-fruntieri Maltin.
Farrugia qal li “Illum kelli l-opportunità li nattendi għac-cerimonja fejn habbarna invesitiment ta’ 6.5 miljun ewro għall-Forzi Armati ta’ Malta b’investiment fil-maritime squadron crew fil-lanċa li sar ix-xoghol fuqha fix-xhur illi għaddew.”
Tul dawn l-aħħar tnax-il sena, l-lanċa P61 intużat kemm-il darba f’numru ta’ operazzjonijiet varji li twettqu mill-Forzi Armati ta’ Malta bil-għan li kemm l-ibħra territorjali Maltin kif ukoll il-fruntieri jkunu mħarsa.
Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali Michael Farrugia semma kif l-Armata għaddejja bi proċess ta’ tiġdid kontinwu fl-apparat.
Spjega li “Il-Forzi Armati ta’ Malta għaddejjin minn upgrade kontinwu tal-equipment kontinwu u ħa jinxtara apparat ġdid biex inkomplu nsaħħu s-sigurtà ta’ pajjiżna.”
Prezentament l-Forzi Armati ta’ Malta qed iħaddmu mal- €55 miljun ta’ fondi- li qed jghinu sabiex jipprotegu lil malta minn kull att possibli inkluż -fruntieri tal-art u tal-bahar.