Fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għal Għawdex, il-Wild Bird Regulation Unit innutat li s’issa f’dan l-istaġun tal-kaċċa għadha ma ntlaħqitx il-kwota tal-1,500 gamiema.
Il-Wild Bird Regulation Unit qalet dan b’reazzjoni għal stqarrija li ħarġet il-Bird Life Malta, li fiha qalet li wara ġimgħa mill-ftuħ tal-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa fuq il-gamiema ntlaħqet il-kwota ta’ 1,500 gamiema maqbuda.
Il-Bird Life Malta bbażat il-konklużjoni tagħha fuq in-numru ta’ gamiem li deher ipassi. Dan filwaqt li nnutat preżenza qawwija ta’ kaċċaturi jipprattikaw dan id-delizzju.
Il-Wild Bird Regulation Unit fakkret li qed issegwi kontinwament l-istaġun tal-kaċċa tal-gammiema u s-summiena.