Il-President ta’ Franza, Emmanuel Macron, żied it-tensjoni mar-Renju Unit wara li wissa dwar id-drittijiet marbuta mas-sajd hekk kif sostna li din il-kwistjoni hija test għar-Renju Unit u l-kredibilità tal-pajjiż madwar id-dinja.
Macron tkellem proprju qabel il-bidu tal-G20 summit li mistenni jittella’ f’Ruma li se jkun qed iwitti t-triq għas-summit dwar il-klima, COP26.
Franza u r-Renju Unit jinsabu f’kunflitt wara id-drittijiet dwar is-sajd u kif ukoll liċenzji marbuta ma’ dgħajjes Franċiżi wara Brexit.