Il-kelma kwareżimal tiġi mill-kelma quaresima, għall-40 jum tar-Randan, u l-ingredjenti f’dan il-ħelu jirriflettu n-nuqqas tal-lussu tal-ikel rikk.
Fil-kwareżimal hemm nuqqas ta’ bajd u xaħam. Din ir-riċetta hija bbażata fuq l-għasel bhala sors ieħor ta’ ħlewwa.
Hija tradizzjoni li f’dan iż-żmien tas-sena, issib tixtri minn dan l-ikel għaliex jinżel tajjeb flok il-ħelu tas-soltu. Hemm min pero’, lanqas minnu ma jieħu għax jirraġuna li jkun qed ibiddel xi ħaġa flok oħra biex xorta jiekol xi ħaġa tajba.
Dan m’huwhiex prodott li ssib f’pajjiżna biss, huwa popolari wkoll fi Sqallija u fi Spanja fost l-oħrajn.