Il-kwalità tal-ilma fix-xmara Seine f’Pariġi, għadha mhux tajba biżżejjed, minkejja li l-kompetizzjonijiet tal-għawm tal-Olimpjadi, se jsiru fl-istess xmara, ix-xahar id-dieħel.
L-aħħar testijiet, li saru l-ġimgħa l-oħra u li ġew ippubblikati mis-Sindku ta’ Pariġi, juru li minkejja l-isforzi li saru sabiex titnaddaf, il-livell ta’ batterja fix-xmara għadu għoli ħafna.
Sat-18 ta’ Ġunju, il-livell ta’ kimika partikolari, kien għaxar darbiet agħar mil-livell meħtieġ, sabiex ikun konformi mar-regolazzjonijiet ta’ saħħa.
Is-Sindku qal li l-kwalità tal-ilma, hija affettwata minn diversi fatturi idroloġiċi, in-nuqqas ta’ xemx u t-tniġġis.
L-awtoritajiet Franċiżi nefqu madwar 1.4 biljun ewro tul dawn l-aħħar 10 snin, bil-għan li jtejbu s-sistema tad-drenaġġ fil-kaptiali, kif ukoll sabiex jibnu impnajti għat-trattamenti u l-ħażna tal-ilma.
Minkejja dan, maltempati li jaħkmu lill-belt, xorta waħda jwasslu sabiex id-drenaġġ jitħallat fix-xmara.
L-organizzaturi tal-Olimpjadi saħqu li temp xott u xemxi, f’Lulju, għandu jkun biżżejjed sabiex dan l-avveniment iseħħ kif previst.
Ritratt: Emmanuel Dunand/AFP/Getty Images