Il-kwalità tal-ilma għall-għawm fil-gżejjer Maltin huwa fost l-aqwa fl-Unjoni Ewropea kollha kemm hi.
Dan jirriżulta minn rapport li ħarġet l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, flimkien mal-Kummissjoni Ewropea, li ġie ppubblikat il-Ġimgħa. Dan ir-rapport huwa bbażat fuq analiżi tal-baħar kollu li jdawwar il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, u li saret is-sena l-oħra.
F’dan ir-rapport ħareġ li aktar minn 94 fil-mija tal-baħar tas-87 bajja li hawn madwar pajjiżna huwa ta’ kwlaità eċċellenti. Dan ifisser klassifikazzjoni ta’ 82 mis-87 bajja li hawn f’Malta u Għawdex.
Dan ir-rapport jgħid ukoll li ħames bajjiet oħra madwar il-pajjiż huma tajbin jew suffiċjenti.
Ir-rata medja tal-kwalità tal-ilma tal-għawm fl-Unjoni Ewropea hija inqas mir-rata ta’ pajjiżna.
Dan hekk kif ir-rata medja ta’ kwalità eċċellenti fl-ibħra għall-għawn fl-Unjoni Ewropea hija ta’ 85.7 fil-mija. Hawnhekk id-differenza meta mqabbel ma’ pajjiżna hija ta’ 8.5 fil-mija.