L-Arċidjoċesi ta’ Malta ċaħdet kategorikament allegazzjoni li saret mis-sit elettroniku The Shift News, li qal li l-Arċisqof ta’ Malta, Charles J. Scicluna, kien talab li ż-żjara tal-Papa Franġisku f’Malta tiġi posposta.
Fi stqarrija, kelliem għall-Arċidjoċesi qal li xejn ma jista’ jkun iktar ’il bogħod mill-verità. Spjega li ż-żjara kellha l-appoġġ sħiħ tal-Arċisqof u huwa diżappuntanti immens li sit tal-midja joqgħod fuq sorsi anonimi u mhux infurmati biex jgħid b’mod żbaljat, li “n-Nunzju Appostoliku warrab lill-Arċisqof”.
Fit-tweġiba tagħha lil Shift News, l-Arċidjoċesi spjegat is-sodisfazzjon li kemm il-kleru u anki l-pubbliku, fosthom il-komunità tal-migranti f’Ħal Far, kienu kuntenti bil-miġja tal-Papa fostna.
L-Arċidjoċesi ċċarat ukoll li l-protokolli u l-proċeduri adottati għaż-żjara kienu ilhom stabbiliti u kienu wkoll simili għal dawk użati fiż-żjarat Papali passati fl-1990, fl-2001 u fl-2010.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI