Il-purċissjonijiet tal-festi jistgħu jsiru biss jekk l-Awtoritajiet tas-Saħħa jawtorizzawhom bħala attivitajiet permessi.
FI stqarrija, il-Kurja qalet li imbagħad, il-festi reliġjużi fil-knejjes se jsiru b’konformità mal-miżuri tal-awtoritajiet tas-saħħa.
Il-Kurja ħarġet din l-istqarrija wara li s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci qalet li għalissa mhux se jsiru attivitajiet tal-massa, inkluż il-festi.
Waqt il-bullettin mediku ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa, il-Professur Gauci qalet li bħalissa l-pandemija għadha magħna u għalhekk pajjiżna jrid jibqa’ kawt u mhux possibbli jiċċelebra l-festi b’mod tradizzjonali.
Sostniet li l-attivitajiet tal-massa jżidu r-riskju li jinxtered il-virus.