Il-Kurja se tibda l-ħidma meħtieġa biex jiġi identifikat post għal ‘Dar il-Ħniena’ – residenza ġdida li toffri servizzi aġġornati ta’ kura paljattiva għal persuni b’mard terminali.
Il-ħsieb hu li dan is-servizz jiġi offrut minn Fondazzjoni rreġistrata b’kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħra li jaħdmu f’dan il-qasam. L-Arċisqof qal li din id-Dar ser tkun risposta konkreta li l-Knisja f’Malta ser toffri għal min qiegħed jibża’ mill-mewt bla dinjità minħabba t-tbatija li jġib miegħu l-mard terminali.
L-Arċisqof din id-deċiżjoni tiegħu waqt quddiesa fil-kappella tal-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. It-twaqqif ta’ ‘Dar il-Ħniena’ se ssir wara 50 sena mit-twaqqif tad-Dar tal-Providenza.