Kummissjoni fi ħdan il-Kurja qalet li ħadet l-azzjoni meħtieġa mingħajr preġudizzju biex jiġu mħarsa l-partijiet kollha, fil-każ li qassis qed jiġi akkużat li kellu relazzjoni ma’ tifla.
Il-Kummissjoni għaddiet dan il-każ f’idejn il-Pulizija għall-investigazzjoni.
Fi stqarrija ngħad li l-Kummissjoni timxi mal-prinċipju li kull persuna hija innoċenti sakemm tinstab ħatja.
Għaldaqstant filwaqt li ma ntqalx jekk il-qassis ġiex sospiż jew le, il-Kummissjoni indikat li mhux se tieħu passi kontra l-qassis li kellu relazzjoni sesswali ma’ tifla sakemm jinstab ħati mill-qorti.
Il-Kummissjoni tal-Knisja ħeġġet lil kull min jaf b’xi allegat każ ta’ abbuż biex jirrapporta.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/09/03/qassis-akkuzat-li-kellu-relazzjoni-sesswali-ma-tifla-qal-li-gie-rikattat/