“Fl-aħħar snin, infetħu għadd ġmielu ta’ gentlemen’s clubs f’Paceville. Dan il-fenomenu jistona mhux ftit mal-isforzi ta’ pajjiżna sabiex il-mara tingħata d-dinjità li tixirqilha” dan huwa kliem il-Kummisjoni Interdjoċesana dwar l-Ambjent li fi stqarrija lmentat dwar il-masterplan ta’ Paceville.
L-Arċidjoċesi qalet li r-rivisti fuq l-ajruplani li jkunu qed itiru lejn pajjiżna aktar juru lil Paceville bħala xi red-light district milli lokalità ta’ svog li jixraq lil kulħadd.
Fid-dokument ippublikat, ntqal li dan li qed jiġi reklamat bħala żona ta’ livell għoli qed jiġi mminat minn dawn il-klabbs. Kien hawnhekk, li l-Arċidjoċesi proponiet li l-Masterplan jivverifika sewwa x’attività qed issir fl-istabbilimenti kummerċjali kollha taż-żona.
L-Arċidjoċesi temmen li l-pjan għandu jiġi rivedut, u jingħata widen għal dak li għandhom xi jgħidu l-membri ta’ din il-komunità, għax il-kwalità tal-ħajja tagħhom għandu jkollu prijorità assoluta.
Aqra aktar: L-Arċidjoċesi tilmenta mill-Masterplan ta’Paceville ukoll