Fl-2016 il-Kurja għamlet surplus ta’ €752,000 dan fuq it-total ta’ €7 miljun dħul. Dan is-surplus imbagħad jitqassam f’sussidji lil diversi entitajjet tal-Knisja.
Wieħed mill-fatturi ewlenin wara s-surplus kienet donazzjoni sostanzjali mill-MMDNA, liema donazzjoni marret direttament fil-fondi tad-djar tal-anzjani.
Id-dħul mid-donazzjonijiet waqt attivitajeit ta’ ġbir ta’ fondi għamlu tajjeb għat-tnaqqis mill-ġbir fil-Knisja. Fil-fatt, ġiet irreġistrata żieda ta’ €1.8 miljun f’dan ir-rigward.
Ġie nnutat ukoll tnaqqis kbir fl-ammont ta’ persuni li għazlu li jħallu l-proprjetà tagħhom lill-Knisja wara mewthom.