“Il-kuraġġ tal-pazjenti Maltin li jinsabu għall-kura fl-Ingilterra żgur li huwa ta’ ispirazzjoni għal kull min jitkellem magħhom.”
Dan kien il-messaġġ ta’ Dr Lydia Abela li kitbet fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook wara żjara li għamlet f’Sutton.
Spjegat kif kellha ċ-ċans tqatta’ ftit ħin magħhom, fl-għoxrin appartament ta’ Pttinu Cares, li setgħu jkunu possibbli permezz ta’ donazzjonijiet ġenerużi li saru mill-poplu Malti u Għawdxi.
Dam hekk kif filwaqt li kienu biss idea fuq karta, dawn issa huma realtà bħala binja ta’ sostenn fil-mument ta’ tbatija.
Hi spjegat kif għal dawn il-familji kellha kliem ta’ kuraġġ fejn qalet li “aħna lkoll warajhom permezz ta’ Puttinu Cares.”