L Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali flimkien mal-Kunsilli Lokali fi stqarrija qalu li qed tħeġġeġ lill-partijiet ikkonċernati sabiex isibu soluzzjoni immedjata għar-rimi tal-iskart tal-kostruzzjoni sabiex il-proġetti ta’ riġenerazzjoni u titjib infrastrutturali li għaddejin bħalissa, kemm fuq livell Nazzjonali u Lokali, li minhom ser igawdu eluf ta’ residenti, ikunu jistgħu jtkomplew u jintemmu.
L Assoċjazzjoni qalet ukoll li qed tagħraf l-importanza ta’ pjan iktar fit-tul għall-immanigjar ta’ skart aħjar. Is-aoluzjonijiet għandhom jinkludu pjanijiet lokali u urbani ahjar sabiex intejbu l-użu tal-ispajzju mibni li għandna u naraw li ma jkunx hawn żvilupp żejjed, ninċentivaw l-użu ta’ materjali ta’ kostruzzjoni riċikabli u iktar sostenibli u investiment ikbar f’mobilta’ iktar sostenibli.
L-isqarrija żiedet tgħid li l-Kunsilli Lokali huma għad-dispożizzjoni tal-entitajiet governattivi biex jipparteċipaw flimkien mar-residenti taghhom biex jinstabu soluzjonijiet aħjar u iktar fit-tul.