Il-kunsill lokali tal-Mosta b’maġġoranza Nazzjonalista sejjaħ laqgħa urġenti dalgħodu biex għada f’Jum il-Mosta jagħti l-premju Ġieħ il-Mosta lill-blogger Daphne Caruana Galizia.
one.com.mt jinsab informat li l-mozzjoni biex Caruana Galizia tingħata dan il-premju għaddiet bil-casting vote tas-Sindku Nazzjonalista. Dan wara li sitt kunsillieri vvotaw favur u sitta oħra vvotaw kontra.
Sorsi qrib il-kunsill saħqu li dan il-premju se jingħata kontra kull prassi u regolamnenti li jorbtu kif u lil min għandu jingħata dan il-ġieħ fosthom li jrid ikun ħadem għall-komunità Mostija u jew li ddistingwa ruħu għall-ġid tal-komunità tal-Mosta.