Il-Kunsill Lokali tal-Imtarfa huwa kontra kontra li l-attività Malta Calssic Imdina Grand Prix ssir fil-periferija tal-lokalità. Dan ħabbru fi stqarrija li qalet li b’mod unanimu l-kunsilliera kollha ħadu din id-deċiżjoni minħabba l-inkonvenjenti kbar li jgħaddu minnhom ir-residenti tal-lokalità tul il-jumejn tal-attività. Qal ukoll li l-Kunsill Lokali jsostni li l-komunità tal-Imtarfa ma taħsad l-ebda benefiċċju, sew immedjat kif ukoll fit-tul minn din l-attività.
Madankollu l-Kunsill Lokali laqa’ l-impenn ta’ Transport Malta sabiex kemm jista’ jkun naqqset l-inkonvenjenti għar-residenti. Filwaqt li reġa’ tenna li hu unaniment kontra li din l-attività ssir fil-periferiji tal-Imtarfa, il-Kunsill Lokali tal-Imtarfa appella lir-residenti kollha biex isegwu d-direzzjonijet u l-istruzzjonijiet tal-uffiċċjali tal-Pulizija, tal-LESA u ta’ Transport Malta biex kemm jista’ jkun jonqos l-inkonvenjent għal kulħadd.