Il-Kunsill Lokali tal-Imsida kkundanna bla riserva l-għibien ta’ żewġ statwi antiki. waħda ta’ San Publiju u oħra ta’ Sant ir-Rokku, li kienu ma faccata ta’ dar privata fix-Xatt tal-Imsida.
Fi stqarrija s-Sindku tal-Kunsill Lokali tal-Imsida, Margaret Baldacchino Cefai, f’isem il-Kunsill talbet lill-Awtoritajiet kompetenti biex jinvestigaw dan il-każ mas-sidien tal-post.
Il-Kunsill Lokali talab ukoll li meta joħorġu permessi għal twaqqigħ ta’ bini f’din iż-żona ewlenija tal-Imsida, is-sidien ikunu obbligati li jżommu l-istil preżenti taż-żona u kull żieda tkun tikkumplimenta l-istess arkitettura.
Fl-aħħarnett il-Kunsill talab li meta jsir żvilupp fuq din il-faċċata msemmija, għandhom jerġgħu jitpoġġew replika ta’ dawn l-istatwi fl-istess post.