“Nixtieq ninfurmak li l-Kunsill tal-Għarb bil-qawwa kollha tiegħu huwa kontra dan l-iżvilupp u oħrajn simili.” Dan kien kliem il-Kunsill f’ittra li ntbagħtet lid-Direttur Ġenerali tal-Awtoritá tal-Ippjanar dwar l-applikazzjoni għall-permess ta’ żvilupp ta’ kamra tan-nar.
Din mhux l-ewwel darba li kien hemm applikazzjoni għal kamra tan-nar fil-limiti tal-Għarb li qajmet kontroversja jew oġġezzjoni. Il-Kunsill talab lill-Awtorità biex ma tikkunsidrax din l-applikazzjoni.
L-applikazzjoni titlob għall-permess ta’ żvilupp fiż-żona ta’ Landar ta’ Geriska fl-Għarb u ġiet sottomessa fi 30 ta’ Awwissu, 2016.