Sidien ta’ negozji f’San Ġiljan ressqu mandat ta’ inibizzjoni fil-konfront tal-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan imexxi mis-Sindku nazzjonalista Guido Dalli.
Dan wara li għal festa ta’ San Patrizju li se tiġi iċċelebrata fis-sbatax ta’ Marzu, il-Kunsill Lokali ħareġ permess lill-Massive Promotions biex tagħmel daqq ta’ mużika u bejgħ ta’ xorb fil-Bajja ta’ Spinola. Massive Promotions m’għandha l-ebda ħanut fl-akwati u hija kumpanija li ġieli tintuża mill-Partit Nazzjonalista.
Is-sidien tan-negozji Tigulio, Saddles u Ryans qed iqisu d-deċizzjoni tal-kunsill bħal waħda abbuziva u illegali.
Id-dipartiment tal-gvern ukoll wissa’ lill-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan li qed jikser il-liġi bil-mod kif ħareġ il-permess lill-kumpanija biex tarma fit-triq u se jagħti sal-Ħamis li gej biex jirregolarizza ruħu.