“Nixtiequ li nagħmlu aktar iżda ninsabu b’idejna marbutin għax dawn huma artijiet privati”.
Kliem is-Sindku ta’ Raħal Ġdid Dominic Grima b’reazzjoni għas-sitwazzjoni f’diversi siti abbundunati fil-lokalità li qed iservu ta’ lok għal bosta abbużi.
Is-Sindku stqarr li dan kollu qed joħloq inkonvenjent qawwi għar-residenti tal-madwar.
Grima qal li “Kif qed taraw waraja, waħda mill-artijiet hija l-eks popma quddiem il-ħabs ta’ kordin. Din hija pompa li qed tkun għall-abbuż ta’ kulħadd, ta ‘droga, siringi, kien hawn każijiet ta’ serq minħabba li din qed tagħti aċess għal mad-djar u nka kif tara hija miżbla żgħira.”
Stqarr li filwaqt li jifhem sew l-ilmenti tar-residenti, il-Kunsill jinsab ristrett milli jieħu ċertu azzjonijiet.
Spjega kif “aħna sal-lum kull ma nistgħu nagħmlu nmexxu r-rapporti jekk l-awtoritjaiet u s-sidien ta’ dawn l-artijiet m’huma ħa jagħmlu xejn għalmenu qed nitolbu ituna l-fakulta’ nieħdu ħsieb aħna tax-xogħolijiet għas-spejjeż tas-sidien.”
Waqt li konna fuq il-post stajna naraw b’għajnejna l-ammont ta’ skart u anka ġrieden u fniek fuq il-post. Tant li Larner Mizzi, resident f’waħda minn dawn iż-żoni sostna li ta’ kuljum qed jinħolqu numru ta’ inkonvenjenzi.
Mizzi qal “Għandna inkonvenjenza kbira b’ ta’ warajna kollu żdingat għal snin kbar. Il-kunsill qed jipprova jnaddaf imma n-nies unfortunatley jaqbdu u jiġu hawnhekk u jitfħgu l-affarijiet u għandna inkonvenjena kbira bil-ġrieden u siringi.”