Il-Kunsill Studenti Junior College laqa’ t-twaqqif tal-Youth Advisory Forum li tħabbar mill-Prim Ministru Robert Abela ilbieraħ.
Dan il-Forum kien approvat waqt laqgħa tal-Kabinett li saret fi ħdan il-Kulleġġ Malti għax-Xjenza, l-Arti u t-Teknoloġija fil-campus ta’ Raħal Ġdid.
Il-KSJC esprima s-sentiment tiegħu permezz ta’ kitba fuq Facebook.
Filwaqt li tkellmu b’mod pożittiv fuq il-laqgħa tal-Kabinett li attendew għaliha, huma stqarrew kif se jkunu qegħdin jisfruttaw l-opportunità li qed jippreżenta dan il-forum biex joħolqu ġejjieni aħjar għaż-żgħażagħ.
Aqra aktar