Il-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa ħareġ kontra l-morning after pill. Ma’ ġurnal lokali l-kunsill qal li ħafna mill-argumenti li qed jinġiebu favur din il-pillola ta’ kontraċezzjoni b’emerġenza qed jagħtu informazzjoni ħażina. Jemmnu li l-pillola għandha potenzjal li tabortixxi.
Il-Kunsill qal ukoll li meta xi ħaġa hija ħażina, tibqa’ ħażina fi kwalunkwe post, u l-fatt li huwa possibbli li jkunu evitati konsegwenzi legali ma’ tiġġustifikax il-morning after pill.
Dan b’rabta mal-possibiltà li l-morning after pill twaqqaf l-impjantazzjoni ta’ bajda fertilizzata fl-utru.