Bit-tema’ “Give Waste a New Life…Recycle” l-Green Mt Awards premjaw diversi kunsilli lokali tal-inizjattivi ambjentali tagħhom. Il-President tal-GRTU faħħar il-ekonomiċi tal-Ministru Herrera fil-qasam ambjentali. Is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis saħaq l-importanza li l-Kunsilli Lokali jkunu viċin in-nies u jibdlu l-lokal tagħhom u mhux iservu bhala customer care. Dan għaliex il-Kunsilli iridu jkunu katalisti ta’ bidla għall-aħjar fil-lokalitajiet u l-ħajja tagħna. Huwa stqarr li jifhem il-ekonomiċi difficli tal-Kunsilli Lokali li jkollhom ihabbtu l-bibien ta’ diversi dipartimenti. Is-sena d-dieħla se nkunu qed niċċelebraw 25 sena kunsilli Lokali, liema kunsilli kienu strumentali għall-bidla għall-aħjar għall-ambjent ta’ pajjiżna.
Is-Segretarju Parlamentari qal li saru diversi suċċessi b’numru ta’ inizjattivi ambjentali mill-Kunsilli Lokali. Huwa saħaq li jridu jsiru riformi fil-Kunsilli Lokali u s-Sindki u l-kunsilliera iridu jkunu mismugħha. Huwa importanti li jekk ser jsir proġett f’ lokalità, l-Ministri iridu jikkonsultaw mas-Sindki.
Fl-intervent tiegħu l-Ministru Herrera qal li sfida li ser jkollu dan il-Gvern huwa l-infurzar, qorti tal-ambjent u l-landfills. Is-settur tal-iskart igib bosta sfida kif ukoll opportunitajiet ekonomiċi. L-operaturi qed jagħmlu sforzi sabiex jaddattaw għall-ekonomija cirkulari. L-involviment tas-soċjeta ċivili hija krucjali. Dan ifisser ekonomiċi kontinwa u edukazzjoni ambjentali. Il-ħames snin li gejjin huma krucjali għall-miri biex titnaqqas il-generazzjoni tal-iskart u jiżdied ir-riċiklaġġ.
Il-kampanja ‘Don’t waste waste’ tagħti pariri prattiċi dwar dan. Il-premjazzjoni segwiet f’din l-ordni:
Kategorija 1: Overall best performing local council 3rd Mellieħa, 2nd Mġarr, 1st Ta’ Xbiex
Kategorija 2: Local Council Improvement Marsaxlokk
Kategorija 3: Best Performance Glass Collection Marsaxlokk
Kategorija 4: Bring In Site Best Performance Munxar Kategorija
Kategorija 5: Best Community Event Had-Dingli Kategorija
Kategorija 6: Individual Commitment for Recycling
Is-Segretarju Ezekuttiv Duncan Hall Membri u Kumpaniji Corporate Responsability Award: 3rd Michael Debono Ltd, 2nd Valmore Borg Ltd 1st Multi packaging Ltd
Best efficiency Award: Biochemical Enterprises Ltd
Loyalty Business Award: Charles Grech Ltd
Skejjel: Outstanding college of the Year Award: Kulleġġ San Nikola Rabat
Waqt il-Green MT awards ġie mnedi l-maskot ta’ Green Mt ‘Ċikka’ li ser tkun qed tagħmel diversi xogħlijiet fil-kampanji edukattivi. Waqt l-attività tkellmu ukoll il-Membri tal-Oppożizzjoni Onor. Robert Cutajar u l-Onor. Karol Aquilina.