Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi kien ordnat iħallas kuntrattur tal-ġbir tal-iskart €13,500 li kienu għadhom jridu jitħallsu. Il-każ idur mad-differenza fil-ħlas bejn dak mifthiem fil-kuntratt ta’ġbir ta’ skart domestiku u l-ammonti mniżżla fl-invoices.
Dan perss li filwaqt li fil-kuntratt kien mifthiem li l-miżata togħla sena wara oħra, Xuereb Bros Lts baqgħu joħorġu l-invoices bil-prezz oriġinali.
Dan sakemm il-kumpanija ma reġgħatx intagħżlet għat-tender, u kien hawn li nfetaħ il-każ għall-ħlas tat-tlettax-il elf u ħames mitt ewro żejda.
Iżda Xuereb Bros Ltd rebħet il-każ quddiem il-Qorti Ċivili, għaliex l-Imħallef Mintoff iddikjara li l-kunsill kien marbut iħallas dak mifthiem fil-kuntratt.