Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili ordnat lill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi jħallas is-somma ta’ kważi €75,000 f’danni lil Cem Kofoglu, Tork, li sofra diżabilità permanenti wara li weġġa’ fi triq fl-2020 waaqt li kien qed isuq il-mutur tiegħu.
Fid-deċiżjoni li ngħatat mill-Imħallef Toni Abela, ġie deċiż li l-Kunsill hu responsabbli għall-istat ta’ manutenzjoni ħażina ta’ din it-triq partikolari.
Il-Qorti semgħet kif Kofoglu tilef il-kontroll tal-mutur tiegħu fl-aċċident nhar it-2 ta’ Mejju 2020 minħabba ħofor u nuqqas ta’ tarmak fi Triq Għar Lapsi.
Meta ġiet biex tikkalkula l-kumpens, il-Qorti kkunsidrat l-fatt li l-vittma kellu 33 sena meta seħħ l-aċċident u sofra 10% diżabilità permanenti.