Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi – kontra l-bini ta’ shooting range ħdejn il-Kappella medjevali ta’ Ħal Xluq.
Il-Kunsill se jkun qiegħed joġġezzjoni għall-applikazzjoni li ġiet ippreżentata lill-Awtorità tal-Ippjanar biex jinbena ‘shooting range’ biswit il-Kappella Medjevali ta’ Ħal Xluq li tinsab fil-konfini tas-Siġġiewi.
Fost ir-raġunijiet li għalihom qed joġġezzjonaw għal din l-applikazzjoni nsibu:
- It-tniġġiż mill-istorbju f’żona li hija kkaratterizzata minn kwiet tipiku ta’ żona rurali
- Li dan l-iżvilupp se jsir viċin ħafna tal-Kappella ta’ Santa Marija ta’ Ħal Xluq li għandha valur storiku
- L-iżvilupp proposti huwa nkompatibbli mas-sit innifsu u maż-żona ta’ Ħal Xluq li hija waħda rurali u li l-użu tagħha huwa limitat għall-agrikoltura.
Il-Parroċċa tas-Siġġiewi, Din l-Art Ħelwa kif ukoll residenti taż-żona ta’ Ħal Xluq qegħdin ukoll joġġezzjonaw mal-Awtorità tal-Ippjanar dwar din l-applikazzjoni.
L-Awtorità tal-Ippjanar ser tkun qegħda tiddeċiedi dwar din l-applikazzjoni waqt laqgħa li ser issir għada l-Ħamis 15 ta’ Settembru 2016 fis-2.00 p.m.