Il-Kunsill Lokali tal-Marsa laqa’ b’sodisfazzjon l-intervent tal-Prim Ministru Joseph Muscat b’rabta mas-sigurtà fil-lokal tal-Marsa li tinħass id-differenza bil-preżenza tal-forzi tal-ordni.
Il-Kunsill appella biex il-miżuri li ttieħdu f’dawn il-ġranet jibqgħu għaddejjin biex ir-residenti tal-lokal tal-Marsa jibdew iħossuhom siguri fit-toroq u fil-postijiet pubbliċi. Il-Kunsill appella biex kull entità li għandha responsabbilitajiet tħares dak li qed jiġri fil-lokal, fost affarijiet oħra l-ftuħ ta’ ħwienet li jibqgħu miftuħin bla limitu ta’ ħin, kif ukoll qed jinkrew proprjetajiet li ma jifilħux għal ammont ta’ residenti fihom li qed ikollhom impatt kbir fuq il-lokal.
Il-Kunsill apprezza kull intervent biex il-lokal jirritorna lura għas-serenità li kellu.