Wara li ġġarrfet it-tieqa tad-Dwejra, il-Kunsill Lokali Għarb talab li jittieħdu dawk il-miżuri legali neċessarji biex it-Tieqa ta’ Wied il-Mielah tkun protetta minn hsara li tista’ tkun kawżata minn influss abnormali ta’ viżitaturi, dan però mingħajr ma jiġu mtellfa attivitajiet ohra importanti li soltu jseħħu f’dawn l-inħawi.
Il-Kunsill huwa tal-parir li:
(i) Isir studju estensiv sabiex ikun magħruf l-istat u x’mizuri iridu jittiehdu jekk dan jinhass neċessarju sabiex tkun protetta u preservata t-tieqa.
(ii) Isir analizi u mmanigjar tat-traffiku.
(iii) Issir sorveljanza mill-pulizija u l-awtoritajiet sabiex ma jsirx abbuż ta’ attivitajiet li jagħmlu l-hsara u ddegradaw l-ambjent tal-madwar
(iv) Jittiehdu mizuri sabiex ikun magħruf il-periklu u jsiru tabelli ta’ informazzjoni f’dan ir-rigward.
(v) Ikunu mehuda dawk il-mizuri sabiex ma ssirx ebda’ attivita’ u ma jithallewx nies jew vetturi li jissoktaw fuq il-blat tat-tieqa.
Il-Kunsill Lokali fakkar li investa somom kbar ta’ fondi kemm lokali kif ukoll mill-Unjoni Ewropea sabiex Wied il-Mielaħ jitranġa fl-istat li jinsab fih illum.
Fi kliemu: “bl-investiment tal-Kunsill, ġew restawrati ħafna ħitan tas-sejjieħ, ġiet mibnija mill-ġdid it-triq, inbnew diversi pontijiet biex it-triq ma baqgħetx taqsam il-qiegħ tal-wied, inbnew ilqugħ tal-ilma u saru tabelli b’sorsi ta’ informazzjoni fuq l-inħawi. Il-Kunsill huwa intenzjonat li din iz-zona ma tkunx trasformata f’zona kummerċjali bħal fil-każ ta’ zoni turistiċi oħra. Il-Kunsill lokali filwaqt li jirringrazzja lil-WSC li kien stakeholder kbir fil-miljoramenti li saru fil-wied u fit-tnehhija tal-outflow tad-drenaġġ fl-inhawi sabiex itemm ix-xogħol fuq il-main holes li jinsabu fil-qiegħ tal-wied sabiex aktar ilma jinzamm mal-ilquh mibnija apposta.
Il-Kunsill iheġġeg lill-pubbliku sabiex izur dan il-post ta’ sbuħija naturali u xenarji ta’ valur addizjonali tal-irdum. Iz-zona tgawdi minn importanza sinifikanti ekoloġika, ġeoloġika u storika u għaldaqstant il-Kunsill jappella ukoll lill-vizitaturi sabiex jzuru dawn l-inhawi b’mod li jhares l-assi importanti li jinsabu fuq il-post u l-investimenti li saru fuq iz-zona.
Il-Kunsill jitlob u jenfasizza mill-Gvern Ċentrali u awtoritajiet sabiex jgħin sabiex jirreklama dan is-sit ekologiku u ambjentali b’mod aktar b’sahhtu u adegwat filwaqt li jgħin fiz-zamma ta’ stat tajjeb issa aktar minn qabel li zdied daqstant l-influss tal-vizitaturi.”