F’kitba fuq il-midja soċjali, il-Kunsill Lokali tal-Fgura kkundanna att vandalu li sar fuq monument tal-Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ, li jinsab fi Triq it-Tagħlim kantuniera ma’ Triq is-Sur fil-Fgura.
Il-Kunsill Lokali sejjaħ dan l-aġir bħala “bla kuxjenza”.
F’din il-kitba, il-Kunsill Lokali tal-Fgura appella lill-pubblika biex kull min għandu xi informazzjoni jgħaddiha b’mod kunfidenzjali lill-Pulizija, li qed taghmel l-istħarriġ taghha fuq dan il-każ jew jikkuntattja lill-Kunsill Lokali, b’mod kunfidenzjali fuq in-numru 21664000.