Il-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema b’mod uffiċjali dalgħodu ressaq appell quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni fl-Ambjent u l-Ippjanar (EPRT), rigward il-permess għall-iżvilupp ta’ Townsquare.
Fi stqarrija l-Kunsill qal li qed jibbaża l-appell fuq l-oġġezzjonijiet li diġà tqajmu matul is-sottomissjonijiet inizjali u seduti fl-Awtorità tal-Ippjanar, qabel inħareġ il-permess għal dan l-iżvilupp.