Il-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex ġabar 160 tunnellata skart riċiklabbli, jiġifieri 89 kg per capita tul is-sena li għaddiet, biex ġie l-ewwel post fil-Green Council Awards ghal “Best Performing Local Council” fost il-kunsilli ta Malta u Ghawdex kollha li jaqghu taht l-skema tal-Green Mt.
Green MT, l-Iskema Nazzjonali awtorizzata għal ġbir ta’ skart tal-ippakkeġġjar, organizzat is-seba’ edizzjoni ta’ dawn l-premijiet.
Is-Sindku Max Zammit f’isem il-kunsill irringrazzja lir-residenti tas-sehem tagħhom fis-separazzjoni tal-iskart u l-miżuri ambjentali li l-istess kunsill tant itihom importanza. Dan huwa il-ħames premju konsekuttiv f’din il-leġislatura ta’ Kunsill ġdid.