Fi stqarrija l-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk irrefera għall-inċident li seħħ nhar nhar it-Tlieta, li ra lill-Kunsillier Daniel Zerafa jisfa vittma ta’ aggressjoni fiżika.
Il-Kunsillier qalilna li l-inċident inqala’ wara Festa Ħut, fejn inħareġet direzzjoni biex bejjiegħa tal-monti ma jarmawx. Madankollu kien hemm individwi ramaw xorta, u minħabba f’hekk, jumejn wara, inħoloq diżgwid li spiċċa bid-daqqiet, tgħajjijr u theddid.
Migħajr ma daħal fil-mertu tal-każ, għaliex dwaru hemm investigazzjonijiet għaddejjin, il-Kunsill iddeplora bil-qawwa kollha kull tip ta’ vjolenza fiżika.
Filwaqt li wera solidarjetà ma’ Zerafa, il-Kunsill stieden lil kull min ikollu diffikultajiet jew problemi rigward l-operat tal-Kunsill biex jagħmel kuntatt mal-Amministrazzjoni, u minn hemm isiru diskussjonijiet u negozjati b’mod ċivili.