Il-Kunsill Fiskali Konsultattiv Malti jisħaq li t-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna matul din is-sena se jkun aktar b’saħħtu minn dak li kien imbassir mill-Gvern.
Fir-rapport tiegħu ta’ nofs is-sena, il-Kunsill indika kif l-ekonomija kompliet tikber b’mod kostanti fl-ewwel xhur tas-sena, bi żviluppi iżjed b’saħħithom fis-suq tax-xogħol u tnaqqis fl-inflazzjoni.
Issemma wkoll kif, fl-ewwel nofs ta’ din is-sena, l-istimi mill-Ministeru għall-Finanzi jindikaw li d-defiċit tal-Gvern hu relattivament baxx u mat-tliet darbiet inqas minn dak bassar fil-baġit għal din is-sena.