Il-mexxejja Ewropej kollha qablu li għandhom jibdew in-negozjati formali mal-Bożnija-Herzegovina biex issir membru stat tal-Unjoni Ewropea.
Dan ġie maqbul waqt is-Summit tal-Kunsill Ewropew li għaddej fi Brussell. Din id-deċiżjoni ġiet tmien snin wara li l-Bożnija applikat biex issir stat membru tal-Unjoni u anki ftit jiem wara li l-Kummissjoni Ewropea sostniet li sar progress kbir f’dan il-pajjiż.
Preżenti fost il-mexxejja Ewropej f’dan is-Summit hemm il-Prim Ministru Malti Robert Abela.
Dwar din l-aħbar irreaġġixxa l-President tal-Kunsill Ewropew, Charles Michel f’kitba fuq il-midja soċjali. Hu sostna li post dan il-pajjiż hu fil-familja Ewropea.
The European Council has just decided to open accession negotiations with Bosnia and Herzegovina. Congratulations!
— Charles Michel (@CharlesMichel) March 21, 2024
Your place is in our European family.
Today’s decision is a key step forward on your EU path. Now the hard work needs to continue so Bosnia and Herzegovina… pic.twitter.com/LyotNa5gGc