Il-Kunsill Ewropew approva wkoll b’mod formali l-Kummissjoni Ewropea l-ġdida. Dan wara li lbieraħ, il-Parlament Ewropew vvota favur il-Kulleġġ tal-Kummissarji għall-ħames snin li ġejjin.
Din se titmexxa għat-tieni darba konsekuttiva li se titmexxa mill-Ġermaniża, Ursula von der Leyen.
Kien f’Ġunju li għadda, waqt Summit tal-Kunsill Ewropew, meta l-mexxejja Ewropej qablu li Von der Leyen għandha tmexxi din l-istituzzjoni Ewropea.
Fost il-Kulleġġ tal-Kummissarji hemm in-nominat Malti, Glenn Micallef. Huwa se jkun Kummissarju Ewropew responsabbli miż-żgħażagħ, il-ġustizzja bejn il-ġenerazzjonijiet, l-isport u l-kultura.